Новое видео

ONE.COM.MT Il-Gvern għamel talba biex tiġi applikata deroga ġdida dwar l-għasafar tal-għana. Dan qed isir sentejn wara li l-Qorti Ewropea ddeċidiet kontra d-deroga għall-insib tal-għasafar tal-għana. Din id-darba qed issir talba għal deroga ġdida biex l-għasafar tal-għana jinqabdu għal skop ta riċerka u jinħelsu ftit wara. KITBA EDWARD MONTEBELLO FILMAT MGOZ ARKIVJI Fittra li bagħat liċ-chairman tal-kumitat Ornis il-Ministru Camilleri qal li din it-talba qed issir fuq pariri legali li ngħata l-Gvern. Spjega li din ir-riċerka għandha twassal biex fost l-oħrajn tiġi stabbilita l-popolazzjoni tal-għasafar tal-għana. Dan qed isir ukoll biex possibilment fil-futur tkun tista tiġi applikata deroga oħra għaż-żamma limitata tal-għasafar tal-għana. Fkummenti ma dan l-istazzjon il-Ministru Camilleri saħaq li din il-proposta hija waħda valida għan-nassaba li jonsbu l-għasafar tal-għana għal skop ta riċerka u jitilquhom ftit wara. CLINT CAMILLERI MINISTRU Hija proposta fejn anki permezz tan-nassaba stess se nkunu nistgħu nagħmlu riċerka estensiva minn fejn ġejjin l-għasafar tal-għana li jpassu lejn Malta u dawk propju wkoll sabiex il quddiem jista jkun illi jkollna nerġgħu l-possibiltà li napplikaw id-deroga għaż-żamma tal-għasafar tal-għana pero sadanittant nemmen li permezz ta din ir-riċerka riċerka li ħa tkun ibbażata fuq catch and release nistgħu wkoll nużaw lin-nassaba tagħna għal dan l-istudju importanti. Sentejn ilu il-Qorti Ewropea tal-ġustizzja kienet iddeċidiet kontra d-deroga applikata dwar l-insib tal-għasafar tal-għana. Dakinhar il-Gvern Malti daħal fnegozjati mal-Kummissjoni Ewropea sabiex bemendi neċċessarji ġie salvat l-insib għall-pluviera u l-malvizz. Il-Ministru Clint Camilleri qal li dan sar bkonvinzjoni u ġustifikazzjoni u issa qed isir l-istess permezz ta xogħol mal-esperti legali biex tiġi applikata deroga ġdida fir-rigward tal-għasafar tal-għana.,
Присоединяйтесь к обсуждению
Новое видео